Item request has been placed! ×
Item request cannot be made. ×
loading  Processing Request

In-niggieża tan-narrattiva : il-proża politika

Item request has been placed! ×
Item request cannot be made. ×
loading   Processing Request
  • Additional Information
    • Publication Information:
      Il-Fakultà tal-Ekonomija, tal-Ġestjoni u l-Kontabilità. Id-Dipartiment tal-Istudji Politiċi u l-Governanza u Il-Fakultà tal-Arti. Id-Dipartiment tal-Malti
    • Publication Date:
      2024
    • Collection:
      University of Malta: OAR@UM / L-Università ta' Malta
    • Subject Terms:
      Maltese poetry -- 20th century -- Criticism and interpretation; Maltese prose literature -- 20th century -- Criticism and interpretation
    • Abstract:
      L-importanza ta' pubblikazzjoni fuq il-proża u l-politika hija kruċjali anki fl-ambjenti u t-tensjonijiet li ngħixu fihom ta' kuljum, għax toffri analiżi profonda tad-diversi modi kif il-letteratura tista' tgħinna nifhmu u nwettqu bidliet fis-soċjetà tagħna. Essenzjalment, dan li għandek f'idejk huma l-atti konnessi mat-tielet konferenza fi ħdan is-sensiela Lingua-Politik li konna organizzajna fis-27 t'April 2024 meta dakinhar, fil-Valletta Campus, tfajna taħt l-għarbiel lill-proża Maltija bħala niggieża għall-istatus quo politiku u soċjali. Fl-istorja tal-umanità, il-letteratura dejjem kellha rwol ċentrali bħala mezz ta' komunikazzjoni, riflessjoni, u kritika. Il-proża, b'mod speċjali, hija forma ta' espressjoni li tippermetti lill-awturi jesploraw il-kumplessitajiet tal-eżistenza umana, inkluż il-kutrumbajsi tal-poter, b'mod dettaljat u kreattiv. Il-kontribuzzjonijiet f'dawn l-atti jipprovdu ħarsa estensiva lejn kif ix-xogħlijiet letterarji jistgħu jservu bħala strumenti għat-trasformazzjoni politika u soċjali, jekk mhux fil-konkret, tal-anqas fil-ħsieb u l-ġudizzju morali. L-analiżi tal-proża minn perspettiva politika tgħinna nifhmu kif narrattivi differenti jistgħu jiffurmaw l-opinjonijiet pubbliċi, jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet politiċi, u jgħinu biex jinħoloq dibattitu dwar kwistjonijiet kurrenti. Permezz ta' studji ta' każi, analiżi tematika, u riflessjonijiet kritiċi, l-awturi ta' dawn l-atti juruna kif il-letteratura tista' tkun forza dinamika għall-bidla u l-maturità politika. ; peer-reviewed
    • Relation:
      https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/134447
    • Online Access:
      https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/134447
    • Rights:
      info:eu-repo/semantics/openAccess ; The copyright of this work belongs to the author(s)/publisher. The rights of this work are as defined by the appropriate Copyright Legislation or as modified by any successive legislation. Users may access this work and can make use of the information contained in accordance with the Copyright Legislation provided that the author must be properly acknowledged. Further distribution or reproduction in any format is prohibited without the prior permission of the copyright holder
    • Accession Number:
      edsbas.C605FAC